Alexa Internet

Alexa Internet, Inc.
Tip Sussidjarja
Fundazzjoni 1996
Kwartieri ġenerali San Francisco, Kalifornja, Stati Uniti
Industrija Internet information providers
Prodotti Mutur ta' tfittxija
Parenti Amazon.com
Sit elettroniku alexa.com
Tip ta' sit Analiżi tat-traffiku tal-web
Reġistrazzjoni Fakultattiva
Lingwi disponibbli Ingliż
Stat attwali Attiva

Alexa Internet Inc. hija kumpanija Amerikana sussidjarja ta' Amazon.com li tagħmel analiżi u tiġbor statistika fuq it-traffiku tal-internet. Alexa hi wkoll mutur ta' tfittxija b'servizz ta' direttorju elettroniku.

Storja

Alexa Internet bdiet fl-1996 minn Brewster Kahle u Bruce Gilliat. Għall-bidu kienet toffri toolbar li kienet tiggwida lill-utenti tal-internet permezz ta' suġġerimenti fuq fejn jistgħu jmorru, ibbażati skont mudelli tat-traffiku tal-komunità tal-utenti tagħha. Alexa kienet toffri informazzjoni fuq kull sit li wieħed kien iżur: il-proprjetarju, in-numru ta' paġni li hemm fis-sit, kemm il-sit ieħor jipponta lejh, u l-frekwenza ta' kemm isiru l-aġġornamenti. Barra minn hekk, Alexa tipprovdi l-arkivjar ta' paġni elettroniċi permezz ta' web crawlers. B'kollaborazzjoni mal-Internet Archive, l-inġiniera informatiċi ta' Alexa ħolqu l-Internet Archive's Wayback Machine.

Fl-1999, l-azjenda ġiet akkwistata minn Amazon għaċ-ċifra ta' 250 miljun dollaru. Fir-rebbiegħa tal-2002, Alexa bdiet sħubija mal-Google u aktar tard fl-2005 mal-Open Directory Project. F'Mejju tal-2006, Alexa issostitwixxiet lil Google ma' Live Search bħala l-pjattaforma għat-tfittxija. F'Settembru tal-istess sena Alexa bdiet tuża' l-pjattaforma ta' tfittxija tagħha. F'Diċembru, Alexa ħolqot l-Alexa Image Search. Din hija l-ewwel applikazzjoni li ġiet iddisinjata b'mod awtonomu u installata fuq il-pjattaforma tal-web. Illum il-ġurnata Alexa hija qabel xejn mutur ta' tfittxija.

Referenzi

  1. ^ "About Alexa Internet" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-24. Miġbur 2009-10-09.
  2. ^ Dawson, Keith (1997-07-28). "Alexa Internet opens the doors" (bl-Ingliż). Miġbur 2011-07-06.

Ħoloq esterni